Iwerwer ħanut biex jittestja d-dritt li joħroġ armat | One News

Notifiki

Iwerwer ħanut biex jittestja d-dritt li joħroġ armat

Ritratt: EPA/Reuters

Raġel ħoloq paniku sħiħ meta daħal armat f’Walmart sabiex jittestja d-drittijiet li jġorr l-armi.

Il-każ seħħ f’Missouri fl-Istati Unit fit-8 ta’ Awissu. Dmitriy Andreychenko daħal fil-ħanut armat b’assault rifle u pistola u b’ilbies prottettiv, jiem biss wara sparatura f’ħanut ieħor ta’ Walmart f’El Paso, f’Texas.

Wara li kien arrestat iż-żgħażugħ spjega lil pulizija li kull ma ried kien li jittestja d-drittijiet li wieħed iġorr l-armi skond id-dritt mit-tieni emenda fil-kostituzzjoni Amerikana.

Saħaq li ma pretendiex li l-mixja li għamel armat kienet se tiġġenera din ir-reazzjoni. Fi stqarrija l-pulizija amerikana spjegat kif il-mara ta’ Andreychenko kienet widdbitu li din ma kinitx idea tajba hekk kif in-nies kienu se joħduha bis-serjetà wara l-isparaturi riċenti.

Fil-fatt kienet qaltlu li qed jaġixxi ta’ tifel immatur. ‘Tifel immatur’ li jekk jinstab ħati tal-akkużi ta’ theddida t’attakk terroristiku jista’ jiskonta sa massimu ta’ erba’ snin priġunerija u multa ta’ 10,000 dollaru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend