Il-WSC bl-aqwa sistema ta' Reverse Osmosis fid-dinja | One News

Notifiki

Il-WSC bl-aqwa sistema ta’ Reverse Osmosis fid-dinja

L-ewwel sistema ta’ Reverse Osmosis f’Għawdex qed tieħu l-ħajja bix-xogħol li qed isir se jagħmilha l-aħjar waħda fil-pajjiż.

Ir-Reverse Osmosis qed issir biswit il-bajja ta’ Ħondoq, f’sit eżistenti tal-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma.

Meta titlesta se tipproduċi madwar 9 miljun litru ilma kuljum.

B’hekk il-gżira Għawdxija se tkun imħejjija sew għad-domanda fil-konsum tal-ilma, li llum hija ta’ 6 miljun litru ilma kuljum.

Bħala parti mix-xogħol diġa’ tħaffru boreholes ta’ madwar mitt metru li minnhom se jkun qed jittella’ l-ilma baħar diġa jinsabu mħaffrin.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca, qal li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex is-sistema ma tiddisturbax l-ambjent tal-madwar fejn qed isir ix-xogħol.

Fil-fatt spjega kif saħansitra l-bokka minn fejn jiġi mormi l-ilma mielaħ lura fil-baħar qed issir b’apparat apposta.

Dan mhux se nitilqu pipe fuq qiegħ il-baħar imma qiegħda ssir ħofra minn taħt b’magna jgħidulha ‘horizontal directional drilling’, jiġifieri hija xi ħaġa sofistikata  biex ikun l-inqas impatt ambjentali.  Jiġifieri din hija kważi lesta.” Stqarr Bilocca.

Il-kap eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma, Richard Bilocca kompla jispjega s-sostenibbiltà ta’ dan il-proġett.

Bilocca spjega, “B’dan il-proġett in-nies f’Għawdex se jkollhom servizz ta’ ilma aħjar kemm bħala kwalitá, jiġifieri t-togħma se titjieb ħafna u anke bħala sigurtá.  Illum Għawdex jiddependi fuq ‘main’ tal-ilma li għaddej mal-qiegħ tal-baħar.  Dan din is-sena stess inqala’ dan il-main.  Jiġifieri bil-proġett se nkunu qed insolvu din il-problema darba għall-dejjem.  Ħa jkun hemm mhux talli biżżejjed ilma f’Għawdex, imma se jkollna anke l-possibiltá li nibgħatu l-ilma lejn Malta jekk ikun hemm bżonn.”

Fil-binja sar ukoll restawr kbir filwaqt li sar  xogħol ta’ skavar sabiex jitħejja l-post fejn se jinħażen l-ilma.

Richard Bilocca spjega li hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet fuq il-binja fix-xhur li ġejjin, se jibda jiġi installat it-tgħamir modern.  Bilocca saħaq kif dan ir-reverse osmosis se jkun l-iktar wieħed modern u effiċjenti fid-dinja.

Dan l-impjant se jkun uniku fid-dinja fejn tidħol l-effiċjenza, jiġifieri se jkollu effiċjenza eċċellenti dan.  Jiġifieri mhux se jkun hawn ieħor li jipproduċi daqshekk ilma b’daqshekk ftit konsum ta’ dawl.” Ikkonkluda Bilocca.

L-impjant mistenni jkun lest sal-bidu tas-sena d-dieħla biex imbgħad mistenni jibda jopera sal-aħħar tas-sena .

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend