Żorna fl-Għammieri l-klieb salvati minn dar fil-Ħamrun – One News

Notifiki

Żorna fl-Għammieri l-klieb salvati minn dar fil-Ħamrun

Rapport f’waqtu lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali wassal għal sejba ta’ 23 kelb li kienu qed jinżammu f’kundizzjonijiet mhux xierqa.

Il-klieb, fosthom sebat iġriewi, instabu maqfulin f’gaġeġ imsaddin u wisq żgħar biex jgħixu fihom. 

Il-klieb instabu f’kundizzjonijiet ħżiena bi problemi f’saħħithom fosthom b’kundizzjonijiet fil-ġilda u f’għajnejhom filwaqt li sidhom lanqas biss indenja jagħmlilhom iċ-ċippa.

F’kummenti ma’ ONE News id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, Noel Montebello, fisser kif dan hu wieħed mill-ħafna każijiet li jiltaqa’ magħhom dan id-Dipartiment, b’uħud mill-każijiet ikunu aktar serji minn oħrajn.

“Instabu f’ambjent li ma kienx xieraq u allura dik hi waħda mill-freedoms tal-annimali li għandu jkollu ambjent xieraq u allura minn hemm il-każ jitkompla u eventwalment jitla’ l-qorti.”

Montebello spjega kif id-Dipartiment jirċievi madwar disgħin rapport fix-xahar.

 Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali jirċievi 90 rapport kull xahar

Kull każ jittrattawh b’importanza fejn imorru fuq il-post u jiċċekkjaw li l-annimal ikun qed jinżamm f’kundizzjonijiet xierqa.

“Fl-għammieri issa l-klieb qed jistennew għal xi qalb tajba li toffri li tadottahom u ttihom l-għożża li ma kellhomx sa issa”.

Montebello spjega kif il-liġi li permezz tagħha żdiedu l-pieni għal dawk li jaħqru l-annimali, waslet għal bidla oħra fejn l-annimali jkunu adottati b’mod iktar faċli. 

Fejn apparti l-pieni qed nagħtu iżjed leeway li l-annimali kif jaslu għandna minflok jistennew is-snin biex tinqata’ l-kawża – le – jibdew mill-ewwel ħajja ġdida”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend