BIR-RITRATTI: Telefonata teħles 23 kelb minn residenza fil-Ħamrun – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Telefonata teħles 23 kelb minn residenza fil-Ħamrun

Fi spezzjoni f’propjetà privata li għamel fil-Ħamrun id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali ġabar 23 kelb, li 7 minnhom għadhom ġriewi. 

Minn tagħrif li għandu one.com.mt jirriżulta li dawn il-klieb kienu miżmuma f’kundizzjonijiet ħżiena. Dan għaliex kienu miżmumin f’kundizzjonijiet gaġeġ żdIngati, imsaddin u ta’ daqs żgħir. Fil-fatt kien hemm persuna li rrappurtat fuq 1717 qabel iittieħdet l-azzjoni.

Dawn il-klieb ma kinux iċċipjati u lanqas kienu provduti l-ikel u l-ilma.

Huma qed ibatu minn diversi kundizzjonijiet ta’ saħħa, fosthom problemi fil-ġilda, kif ukoll f’għajnenjhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend