ARA: Il-Birgu b’spettaklu ta’ nar minn fuq l-ilma – One News

Notifiki

ARA: Il-Birgu b’spettaklu ta’ nar minn fuq l-ilma

F’dawn il-jiem ta’ festi, is-sema Maltija tieħu l-kulur frott il-ħila tal-pirotekniċi Maltin li b’mod volonatarju jħejju spettakli li jixgħelu l-bnadi differenti tal-Gżejjer Maltin.

Għal lokal bħal Birgu, fejn in-nar ma jistax jinħaraq minn fuq l-art, tiżdied l-isfida li x-xogħol irid jinħaraq bejn sema u ilma.

Dan ifisser biċċa uġigħ ta’ ras ikbar. Għalkemm dan ma jaqtax qalb id-dilettanti li jagħmlu minn kollox biex filwaqt li jsebbħu u jferrħu joħolqu konvenjent mill-inqas. 

Lawrence Montesin, Assistent Segretarju tal-Għaqda piroteknika 10 ta’ Awissu  kompla jispjega kif b’dan ix-xogħol lest, issa kollox huwa ffukat fuq il-wirja li mistennija tingħata il-Ġimgħa filgħaxija. Dakinhar isir l-ispettalu bl-isem La Notte Di San Lorenzo.

“Għandek id-dgħajjes il-ħin kollu deħlin u ħerġin, ir-residenti tal-madwar, l-entitajiet kummerċjali li ovvjament trid tipprova ssib bilanċ u li tilħaq ma kollox, barra minn hekk kif qed nitkellmu, qiegħdin fuq il-baħar, jiġifieri l-fatt li irridu, jekk irridu nġorru xi nar, anke biex taħraq stess, irridu niddubbaw il-braken, taħraq minn fuq il-braken.  Din is-sena għandna tlett ibraken kbar bħal dawn ta’ warajja mbagħad anke dawk il-puntuni”, qal Montesin.

L-ispettaklu se jkun wieħed imżewwaq b’nar differenti sinkronizzat mal-mużika.  

U għal min qed jaħseb li jaf x’iġifieri, għax forsi ra ta snin l-imgħoddija, jista’ jkun sejjer imqarraq. Montesin jispjega li din is-sena l-wirja se tixgħel partijiet ikbar tal-Port il-Kbir.

“Għandna dawk is-siltiet li se jkunu sinkronizzati mal-mużika għandna l-murtali tradizzjonali kemm tal-waħdiet, tal-kulur kif ukoll tal-beraq.  Għandna diversi puntuni li beħsibna għal din is-sena niftħu daqsxejn anke bħala spettaklu, bħala show niftħuħ iktar, biex ikun iktar paxxut fuq il-baħar biex ngħidu hekk.” , stqarr Montesin.

Il-pubbliku jista’ jgawdi dan l-ispettaklu minn bosta postijiet madwar il-Port il-Kbir. Għalkemm qed ikun suġġerit li l-aħjar post fejn wieħed jara l-ispettaklu piro-mużikali huwa minn fejn il-klabb tar-regatta. Għax minn hemm wieħed jista’ wkoll jisma l-mużika li se takkumpanja n-nar.   

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend