Infrastruce Malta qed tavża li mil-lejla nfetħu karreġġjati ġodda li jagħtu għal Santa Luċija, Ħal Luqa u l-Arjuport. Dan minħabba li bħalissa għaddej proċess biex jinbnew il-flyovers tal-junctions tal-Marsa.
Fuq Facebook Infrastructure Malta avżat lil pubbliku biex jaħseb kmieni f’każ ta’ safar għaliex jaf ikun hemm dewmien ta’ madwar 9 minuti. Tenniet li qed issir xogħol mit-Tnejn sal-Ħadd sabiex jinfeħtu l-flyovers malajr kemm jista’ jkun.
Infrastructure Malta rringrazzjat lil pubbliku tal-koperazzjoni tagħhom.