457,237 riċetta tal-pazjenti ġew preskritti b'mod elettroniku | One News

457,237 riċetta tal-pazjenti ġew preskritti b’mod elettroniku

Dan hekk kif wara l-introduzzjoni tas-sistema Computer Generated Prescriptions sentejn u nofs ilu, aktar tobba qed jagħżlu li jiktbu l-preskrizzjonijiet b’mod diġitali minflok bl-idejn. 

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega kif din is-sistema żżid l-effiċjenza, tnaqqas ir-riskji li l-kitba ma tingħarafx u fuq kollox aktar sigura għall-pazjenti. Il-Ministru Fearne qal kif wara l-introduzzjoni tagħha, madwar 90 tabib kien beda jagħmel użu minnha biċ-ċifra titla għal mitejn 84 tabib – b’mod partikolari wara li din is-sistema ġiet estiża għat-tobba tal-familja.

Spjega kif din is-sistema, meqjusa wkoll bħala e-prescribing, tnaqqas ir-riskji li jittieħdu xi żballji hekk kif il-kitba diġitali hi aktar ċara u filwaqt li l-preskrizzjoni tinkiteb b’mod diġitali fl-istess sistema ikun hemm id-dettalji neċessarji tal-pazjent.

Informazzjoni li wara li tiddaħħal fis-sistema l-ewwel darba, din tibqa’ maħżuna u tkun aċċessibbli għat-tobba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend