Splużjoni fir-Russja tħalli 2 persuni mejta u 4 midruba – One News

Notifiki

Splużjoni fir-Russja tħalli 2 persuni mejta u 4 midruba

Żewġ persuni nqatlu u minn tal-inqas erba’ persuni oħra ndarbu fi splużjoni f’faċilità fejn isiru testijiet navali fit-tramuntana tar-Russja. 

L-isplużżjoni seħħet waqt li kienu qed isiru testijiet fuq magna ta’ rokit. Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għad-Difiża Russu qal li ma kien hemm l-ebda kimiċi tossiċi li ħarġu fl-atmosfera u l-livelli ta’ radjazzjoni huma normali.

Aktar kmieni illum kien hemm rapporti ta’ nirien fil-faċilità militari qrib il-belt ta’ Nyonoska, fejn isiru testijiet ta’ missili ballistiċi interkontinentali.

Dan l-inċident huwa t-tieni wieħed din il-ġimgħa wara li t-Tlieta li għadda persuna nqatlet u tmienja oħra indarbu fi splużżjoni li saret f’post fejn jinterma l-munizzjoni fis-Siberja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend