Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 35 sena minn Naxxar qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar. 

L-inċident seħħ fi Triq Għajn Tuffieħa, kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-1:40 a.m., meta l-pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku bejn mutur tat-tip Hyosung Aquilia misjuq mir-raġel ta’ 35 minn Naxxar u karozza tat-tip Skoda Citigo misjuqa minn ġuvni ta’ 21 mis-Swieqi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend