“Ridna pajjiż b’inċentiv b’kundizzjonijiet eċċellenti għalina…..u issa ġejna Malta”- il-fundatur ta’ MGC Pharma – One News

Notifiki

“Ridna pajjiż b’inċentiv b’kundizzjonijiet eċċellenti għalina…..u issa ġejna Malta”- il-fundatur ta’ MGC Pharma

Il-kumpanija Awstraljana MGC Pharma se tkun l-ewwel kumpanija li timmanifattura prodotti ta’ kannabis mediċinali f’Malta.

Dan se jsir grazzi għal investiment ta’ 11-il miljun ewro.  

Din kienet fost l-ewwel kumpaniji li avvinċinat il-Malta Enterprise daqs sentejn ilu.

 Frott diskussjonijiet li ħallew ir-riżultati il-kumpanija issa se tibda taħdem minn medda art ta’ sitt elef metru kwadru f’Ħal Far fejn se tibni ċ-ċentru l-ġdid tagħha.

Nativ Segev, il-fundatur ta’ MGC Pharma, spjega li l-kumpanija diġà għandha bażi fir-Renju Unit u pajjiżi Ewropej oħra.   Iżda, riedu ġurisdizzjoni ġdida biex ikomplu jespandu.

“And we looked for a long time to find in Europe to be incentive enough and even to have good weather for what our production is. Malta Enterprise approached us 2 years ago to be part of this community and here we are”.

 F’Marzu tas-sena li għaddiet il-Parlament Malti kien approva l-abbozz ta’ liġi dwar l-użu mediċinali ta’ prodotti tal-kannabis f’Malta.

U minn hemm bdiet ħidma biex pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza fis-settur tal-kannabis mediċinali.

Din l-istess liġi ħolqot ambjent regolat u ċar għal kwalunkwe negozju li jitfa’ ħarstu fuq pajjiżna, kif spjega l-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise, Kurt Farrugia.

“L-aktar ħaġa importanti għal kwalunkwe business huwa li jkollu b’mod ċar ir-regolamenti, u Malta għandna regolamenti ċari ħafna u liġi li hija fost l-aqwa fl-Ewropa. Dik iċ-ċarezza tagħti ċans li jekk l-istutzzjonijiet jimxu b’mod effiċjenti, il-business jimxi b’mod aktar malajr. Dak li ġara f’dan il-każ ma’ MGC Pharma”.

Issa li l-ftehim bejn il-Malta Industrial Parks u l-kumpanija ġie ssiġilatt, il-pass li jmiss huwa li jibda’ x-xogħol fuq il-bażi l-ġdid ta’ MGC Pharma.

 Huwa kompla “The next step is to build our manufacturer, and to create a GMP facility inside. We are building a cultivation facility on the roof and hopefully in the next year we can produce and export”.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li dan kollu juri l-fiduċja li l-aqwa kumpaniji fid-dinja għandhom f’Malta. Fiduċja li f’dan il-każ partikolari se twassal għall-ħolqien ta’ 27 impjieg ta’ kwalità ġdid.

“Hija parti minn katina ta’ opportunitajiet li fittixna u invevstiment li ma waqafx u mhux se jieqaf. Pajjiżna għandu bżonn investiment dirett fl-ekonomija u se nkomplu naħdmu biex niksbu dak li ksibna anke s’issa fit-tkabbir ekonomiku f’dawn l-aħħar 6 snin”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend