‘Lidl Malta’ se twaqqaf il-bejgħ ta’ plastik li jintuża darba – One News

Notifiki

‘Lidl Malta’ se twaqqaf il-bejgħ ta’ plastik li jintuża darba

Lidl Malta, ħadet id-deċiżjoni li ma tibqax tbigħ prodotti tal-plastik li jintuża darba u se tbigħ prodotti bijodigradabbli minflokhom. Din id-deċiżjoni se tħalli impoatt pożittiv fuq l-ambjent. 

B’kollox se jkunu qed jitneħħew 5 miljuni prodotti tal-plastik li huma: platti, tazzi u cutlery. Dan jammonta għal 27 tunnellata ta’ plastik, kull sena.

Dan fid-dawl li fl-2021, l-Unjoni Ewropea se tobbliga lil membri stati biex inaqqsu l-prodotti li huma magħmula mill-plastik.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend