Il-Kunsill tal-Qala jibqa’ joġġezzjona għall-żvilupp f’Ta’ Muxi – One News

Notifiki

Il-Kunsill tal-Qala jibqa’ joġġezzjona għall-żvilupp f’Ta’ Muxi

 Il-Kunsill Lokali tal-Qala qal li ser jibqa’ fuq quddiem fil-ħarsien tal-ambjent tal-Qala. Għal dan il-għan ġiet approvata riżoluzzjoni fejn ġew imqabbdin  l-Avukat Claire Bonello u il-Perit Carmel Cacopardo  biex jirrapreżentaw il-Kunsill u jagħmlu s-sottomissjonijiet u proċeduri kollha neċessarji fil-każ tal-applikazzjoni għal-iżvilupp ta’ kamra rurali f`Ta’ Muxi.

Is-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg, qal li kien hemm qbil unanimu li jigi ssalvagwardjat l-ambjent kollu tal-Qala.

Buttigieg qal ma’ One News li  fl-2016 meta saret l-ewwel applikazzjon bħalma s-soltu jagħmel f`kull applikazzjoni li tkun f’żona ta’ barra l-iżvilupp. Bħala Kunsill xħin naghmlu oġġezzjoni fuq is-site għalina jkun ifisser li kwalunkwe applikazzjoni li tiġi warajha, ikun min jkun l-applikant, aħna bħala kunsill nibqghu objectors bħalma bqajna fil-każ taż Ħondoq, Tas-souvenier shop ġewwa Ħondoq u fil-każ ta’ Tal-Marġa fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend