Sodisfatti bil-proġett għall-Wied Fulija | One News

Notifiki

Sodisfatti bil-proġett għall-Wied Fulija

Is-Sindki taż-Żurrieq u l-Qrendi huma sodisfatti mmens li sa fl-aħħar il-komunitajiet tagħhom se jieħdu xi ħaġa lura għas-sagrifiċċji li għamlu tul is-snin kawża tal-miżbla f’Wied Fulija.  

Wied li kif imħabbar nhar it-Tnejn se jinbidel f’park mimli siġar biex jitgawda mill-familji.  Rita Grima, is-Sindku taż-Żurrieq, taf sew xi jfisser Wied Fulija tul is-snin.

Rita Grima is-Sindku taż-Żurrieq qalet: “Min hu tampari jew iżgħar minni dejjem konnh naraw duħħan tiela min kien jidħol iż-Żurrieq dejjem id-duħħan. Ħafna nies b’ażma u tfal u meta smajna li ser jagħmlu dal-post hux ħadna r-ruħ”

 L-istess jaħsibha David Schembri, Sindku tal-Qrendi.

“Sa żmien ilu meta kien jintuża bħala landfill konnha nxommu l-irjieħat tossiċi li kienu joħorġu minn hawn. Meta waqaf xorta bqajna nirċievu ammont kbir ta’ trab li kien jiġi. Issa bl-għajnuna ta’ dan il-proġett allinqas qed naraw xi ħaġa posittiva”.

Kemm dan miżbla Wied Fulija laqa’ fih kważi żewġ miljun tunnellata skart.

B’investiment ta’ erba’  miljun ewro din il-ġerħa ambjentali fuq medda ta’ 95 elf metru kwadru se tinbidel fi proġett li se jkun fih madwar 45,000 siġra u arbuxelli.  Biex il-post se jikkumplimenta l-ġmiel naturali li hemm fil-madwar.

“Aħna bħala Qrendi magħrufin għall-Ambjent u għall-Patrimonju jiġifieri aħna ħa nkunu minn tal-ewwel li ħa niġu hawnekk. Dik nista’ nassigurak illum il-ġurnata”, kompla jgħid Davi Schembri.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend