Tifel salvat minn kelb – One News

Notifiki

Tifel salvat minn kelb

Tim huwa kelb tar-razza Labrador li ftit xhur ilu beda jitħarreġ biex jgħin tifel ta’ għaxar snin li għandu l-kundizzjoni tad-dijabete. 

Kundizzjoni li taffettwa l-livell taz-zokkor u li saħansitra jista’ jkollha konsegwenzi koroh.

Ritianne Piscopo, omm it-tifel, spjegat l-importanza ta’ kelb bħal Tim għal binha. Għax mhux l-ewwel darba li Tim javża lil binha li jrid jiċċekkja l-livell taz-zokkor. Hi qaletli “huwa parti importanti ħafna fil-ħajja tat-tifel u fil-ħajja tagħna għax kontinwament qed jgħinna nieħdu ħsieb lit-tifel u lit-tifel jieħu ħsieb tiegħu nnifsu aktar”. 

Joanne Cremona, voluntiera ma’ Service Dogs Foundation Malta, spjegat kif it-taħriġ idum għal xhur twal flimkien mas-sid il-ġdid tiegħu. Kull kelb jiswa lill-Fondazzjoni ħmistax-il elf ewro – iżda lill-familji ma tiswihom xejn.

Spjegat kif il-kelb jiġi mħarreġ fuq ir-riħa ta’ dik il-persuna individwali hekk kif meta wieħed jinżillu jew jitlalu z-zokkor, ir-riħa tinbidel.

“Il-kelb bl-għajnuna tal-ġenituri jekk ikun tifel – joħdulu s-sample tal-għaraq pereżempju biex jgħalmu lil kelb li meta jasal f’dan il-livell irid jallertja lill-ġenituri li jridu jieħdu l-prekwazzjonijiet.”

Ritianne rrakkontat ma’ ONE News episodju fejn Tim salva ħajjet binha meta niżillu l-livell taz-zokkor f’livell baxx ħafna – tant li seta’ jispiċċa f’koma.

Spjegat kif waqt li t-tifel kien rieqed, sagħtejn biss wara li ċċekkjawlu l-livell taz-zokkor, Tim beda jinbaħ.

“It-tifel kien rieqed. Iċċekjajtlu z-zokkor u sibt li kien  baxx immens li jekk tħallih it-tifel jista’ jmur f’koma u jkun hemm konsegwenzi koroh ħafna. Allura tim dak il-ħin salvalu ħajtu litteralment.”

 Tim mistenni jiggradwa f’Diċembru li ġej wara li jkun lesta t-taħriġ kollu meħtieġ u minn sidrija ħamra issa jkun jista’ jilbes il-blu. M’hemmx dubju li b’dak li diġa’ għamel ħaqqu tassew.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend