Obama b'appell kontra r-razziżmu | One News

Notifiki

Obama b’appell kontra r-razziżmu

L-eks President Amerikan Barack Obama talab lill-Amerikani kollha sabiex iwarrbu u ma jkomplux ma’ lingwaġġ ta’ firda u mibegħda li speċjalment jinnormaliżża r-razziżmu. 

Dawn il-kummenti uniċi minn Obama ġew wara diskors minn Trump fejn fih il-President prova jiddevja l-kritika mmirata lejh li l-kliem u l-politika tiegħu kontra l-immigrazzjoni wasslet għal isparatura f’El Paso f’Texas.

Sparatura li ħalliet 20 persuna mejta u li qed tiġi investigata bħala attakk terroristiku domestiku.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend