Imut iċ-ċiklist Belġjan li kellu inċident fit-'Tour de Pologne' | One News

Notifiki

Imut iċ-ċiklist Belġjan li kellu inċident fit-‘Tour de Pologne’

Iċ-ċiklist Belġjan Bjorg Lambreght tilef ħajtu traġikament fl-età ta’ 22 sena wara inċident bir-rota fit-tielet stadju tat-Tour de Pologne. 

Lambrecht ħabat bir-rota tiegħu sittin mil biss ‘il bogħod mit-tragward li jimmarka tmiem it-tellieqa.

Huwa ttieħed fl-eqreb sptar b’ħelikopter madankollu sfortunatament tilef ħajtu lbieraħ filgħaxija.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend