F’Bormla f’għeluq snin il-perit Mintoff – One News

Notifiki

F’Bormla f’għeluq snin il-perit Mintoff

Is-6 ta’ Awissu 1916.  Mija u tliet snin ilu.

F’Bormla twieled dak li hu deskritt bħala missier Malta Ħielsa u Malta Repubblika.

Ħafna jħobbu jfakkruh b’kelma waħda: is-Salvatur. 

Proprju f’jum it-twelid tiegħu inżilna fil-post li tant ħabb u ħabbu lura; Bormla. Il-Bormliżi jitkellmu bi kburija dwar it-tifkiriet li għandhom tiegħu.

Mario Cassar li hu mrobbi Bormala stqarr li:Lil Mintoff nafu mill-viċin għax fiż-żmien kien joqgħod ħdejna triq l-Irlandiżi u  in-nanna meta jgħaddi għad-dar kienet tgħajjatlu u tagħmillu kafè jew te u ommi kienet tgħid li libsa tal-preċett  kien ħadimha missierha n-nannu tiegħi.

Huwa tenna “Jien missieri kien Mintoffjan u jien kelli  8 jew 9 snin. U għamel ħabta anke jilgħab il-boċċi miegħu, jilagħbu l-boċċi”.

Il-Perit Duminku Mintoff sar  Prim Ministru ta’ Malta għall-ewwel darba fl-1955, fl-eqqel tal-ġlieda għall-ħobż u l-ħelsien.

Wara r-riżenja tal-1958 u snin iebsin tad-dnub il-mejjet, reġa’ beda jmexxi l-gvern fl-1971. Hawn introduċa f’pajjiżna bidliet soċjali kbar.  Bidliet li qalgħu mill-qigħ lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li kienu jibku għal livell ta’ għajxien diċenti.

“Dejjem viċin in-nies u dejjem jisma Mintoff kien u jiġġieled għal fqir. Mal-Ingliżi ħadha mal-knisja ħadha basta jiġġieled għal ħaddiem għal fqir”, kompla jgħid Cassar.

Huwa temm  jgħid: “Dejjem dejjem dejjem. Għall-batut dejjem ħaseb. Imnalla kien hu. Għidtlek  lanqas butir ma kien ikollna, kienet tidlek bix-xaħam ommi. Imma meta ġab il-care mbagħad bdejna nieklu sewwa bis-saħħa tiegħu.”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem lill-Perit Mintoff bi tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tiegħu fil-Belt Valletta, filwaqt li il-mezzi tal-midja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend