Eks pazjenta tal-kanċer b’ġest għal nisa oħra – One News

Eks pazjenta tal-kanċer b’ġest għal nisa oħra

Għaddew 10 snin minn meta Yvonne Falzon ħadet l-aħbar kerha li li kellha kanċer f’sidirha.  Aħbar li xxukjat lilha u lill-għeżież tagħha.  

Falzon qalet “Kelli tmien operations. Meta tieħu l-aħbar kerha u xokk. Ma tkunx tista’ taċċetta imma mbagħad trid tirraġuna li b’dak li se tagħmel se tagħmel għal aħjar”.

Yvonne rebħet il-ġlieda kontra l-kanċer u riedet tgħin lil nisa li jitilfu sidirhom minħabba l-istess marda.

Hi u nisa oħra li jattendu ċ-ċentru tat-tagħlim tul il-ħajja  ħadmu 100 knitted knockers biex jintlibsu minn dawk in-nisa li jitilfu sidirhom minħabba din il-marda.

Yvonne tkellmet b’ emozzjoni dwar dak li ħasset hi u taħdem bis-suf waħda minn dawn knitted knockers.

“Terġa’ tiftakar minn xiex għaddejt. Jgħinuk ħafna għax toħroġ mill-isptar tħossok iktar normali, ma tkunx tidher. Jgħinuk ħafna. Sodisfazzjoni li int tgħin lill-pazjenti li int kont waħda minnha”, kompliet tgħid Falzon.

Fl-isptar tal-onkoloġija Sir Anthony Mamo, in-nisa li ħadmu f’dan il-proġett għamlu preżentazzjoni lill-Aurora Support Unit.

Abigail Camenzuli, infermiera fiċ-ċentru tal-onkoloġija u tmexxi Aurora Support Unit, spjegat kif dan hu ġest li se jagħmel differenza kbira.

“Vera mhux is-sider propju pero il-body image jkun impruvajt u jkunu iktar kunfidenti. Persuna hekk tkun stressed  u jaraw dan il-gift bħala xi ħaġa pozittiva”.

Tanya Agius li tmexxi l-Lifelong Learning Centre spjegat x-xogħol sar minn 35 mara miċ-ċentri tal-Floriana, Ħad-Dingli u Mellieħa ħadmu fuq dan il-proġett.

“Jinħolqu proġetti fejn nistgħu ngħinu lill-komunita. Ħadmu flimkien bħala team. U spiċċajna b’100 knitted knockers li jingħataw għall-pazjenti”, tenniet tgħid Agius.

Dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 16-il sena u jixtiequ jsewgu kors f’setturi varji bħas-saħħa, il-lingwi jew l-arti jistgħu japplikaw sas-7 ta’ Awwissu billi jidħlu fuq lifelonglearning.gov.mt.

 

 

 

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend