Trump jikkundanna l-attakki fl-Amerka – One News

Notifiki

Trump jikkundanna l-attakki fl-Amerka

F’kundanna bl-aktar mod skjett, il-President Amerikan Donald Trump qal li l-mibegħda m’għandhiex post fl-Istati Uniti, wara li 29 persuna nqatlu f’żewġ attakki tal-massa fit-tmiem il-ġimgħa li għadda. 

Fost kritika u akkużi li għandu jġorr ir-responsabbiltà għaliex huwa parti mill-problema, Trump qal li trid issir aktar ħidma biex jitwaqqfu dawn l-attakki.

Kritiċi tiegħu kkwotaw ir-retorika ta’ Trump kontra l-immigranti, u l-fatt li jibqa’ jopponi l-kwistjoni tal-kontroll tal-armi.

Fl-aħħar jiem, attakk f’Texas ħalla għoxrin mejta, u ieħor f’Ohio ħasad il-ħajja ta’ 9 persuni oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend