Tinstab mejta wara daqqa’ ta’ skrun ta’ dgħajsa – One News

Notifiki

Tinstab mejta wara daqqa’ ta’ skrun ta’ dgħajsa

Fekruna spiċċat vittma wara li qalgħet daqqa ta’ skrun ta’ dgħajsa waqt li kienet qed tgħum. 

Hi nstabet mejta fi Sluggers Bay fi tmiem il-ġimgħa, wara dan il-każ sfortunat. Dan hekk kif bid-daqqa tal-iskrun, mhux biss inqasmitilha l-qoxra iżda saħansitra laqtilha l-organi.

F’messaġġ fuq Facebook, il-Professur Alan Deidun qal kif aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jiżdiedu n-nies fuq il-bajjiet u fuq il-baħar fejn minħabba f’hekk kulħadd għandu jagħmel l-almu tiegħu u jkun responsabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend