Tindarab gravi wara li ħabtet bil-mutur – One News

Notifiki

Tindarab gravi wara li ħabtet bil-mutur

Taljana ta’ 23 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li b’mutur ta’ tip Yamaha li kienet qiegħda ħabtet ma’ karozza ta’ tip Toyota misjuq minn raġel ta’ 63 sena, residenti San Pawl il-Baħar. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 a.m. fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassisti lit-Taljana li toqgħod in-Nadur, fejn aktar tard hija kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend