Sala u latrini ġodda għall-komunità tal-Ħamrun – One News

Notifiki

Sala u latrini ġodda għall-komunità tal-Ħamrun

B’investiment ta’ €40,000 l-komunità tal-Ħamrun se tkun qed tgawdi minn sala ġdida kompluta b’faċilitajiet bżonjużi fosthom latrini ġodda. 

Fl-inawgurazzjoni ta’ din is-sala, imsemmija għall-eks Sindku Joe Zammit, is-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut spjega kif iċ-ċittadini diġà bdew jagħmlu użu minn din is-sala fejn urew l-apprezzament tagħhom hekk kif issa għandhom post iddedikat fejn isiru laqgħat, attivitajiet fost oħrajn.

Din is-sala se tkun qed titgawda minn gruppi u għaqdiet fil-Hamrun fosthom l-Iscouts fejn fiha se jkunu qed isiru wkoll courses li qabel kienu jsiru fil-Kunsill Lokali.

L-investiment, li hu ffinanzjat mill-Awtorità ghall-Ippjanar, jinkludi fost oħrajn ir-rinovar tas-sala kif ukoll tal-latrini fejn sar kollox mill-ġdid fosthom madum, pajpijiet, tgħammir ta’ arja kkundizzjonata fost l-oħrajn.

Sammut spjega kif se jkunu bosta anzjani, żgħażagħ u tfal li se jgawdu minn dan l-investiment fejn se jkunu qed jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet ta’ kuljum.

Waqt iż-żjara tiegħu, is-Segretarju Parlamentari, Silvio Parnis, qal kif proġetti bħal dawn jilħqu l-iskopijiet meħtieġa biex b’hekk jintlaħaq l-għan li l-Kunsilli Lokali jsiru l-Gvern ċentrali tal-lokalitajiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend