Malta għandha prezz aħjar tal-‘fuel’ aħjar minn dak tal-Unjoni Ewropea – One News

Notifiki

Malta għandha prezz aħjar tal-‘fuel’ aħjar minn dak tal-Unjoni Ewropea

Analiżi tal-prezzijiet tal-fuel fuq medda ta’ sena turi biċ-ċar li bil-politika ta’ stabbiltà l-konsumatur Malti mar ħafna mill-Ewropej. 

Minn Awwissu tas-sena l-oħra sa Awwissu ta’ din is-sena,  il-Maltin se jkunu ħallsu prezz medju ta’ fuel li huwa ferm orħos minn dak li qed iħallsu ċittadini oħra tal-Unjoni Ewropea.

Bit-Times of Malta tirrapporta li l-prezzijiet f’Malta huma “well below EU average.”

Fil-fatt, wara l-aħħar żieda, il-prezz medju għall-petrol f’Malta fuq medda ta’ sena, se jkun ta’ €1.36.

Fl-Unjoni Ewropea dan kien 7 ċenteżmi ogħla fil-litru bi prezz ta’ €1.43.

Fil-każ tad-diesel id-differenza kienet saħansitra ikbar. F’Malta l-prezz kien ta’  €1.23, filwaqt li fl-Ewropa kien ta’ €1.36. Differenza ta’ 13 –il ċenteżmu favur il-konsumatur Malti.

Din id-differenza hi riżultat tal-fatt li filwaqt li fl-aħħar xhur il-prezz f’pajjiżna kien qed jinżamm stabbli, fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kien qed ikun hemm żidiet konsiderevoli.

Riżultat taż-żidiet internazzjonali fil-prezz taż-żejt u r-rata tal-kambju bejn id-dollaru u l-ewro.

Statistika tal-Kummissjoni Ewropea tindika wkoll li mindu nbidel il-Gvern fl-2013 f’Malta l-prezz tal-petrol u tad-diesel naqas b’7% u b’9% rispettivament.

B’kuntrast, taħt Gvern Nazzjonalista, f’pajjiżna l-petrol kien ogħla b’36% u d-diesel b’35%.  Dan fl-istess żmien li kienu żdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Dan meta fiż-Żona Ewro matul l-istess żmien iż-żieda kienet ta’ 22% fil-petrol u ta’ 19% fid-diesel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend