Sparatura tħalli 20 persuna mejta f’Texas, l-Amerka – One News

Notifiki

Sparatura tħalli 20 persuna mejta f’Texas, l-Amerka

20 persuna nqatlu u 26 oħra ndarbu fi sparatura fil-belt ta’ Texas, El Paso. Dan il-massakru tal-massa ġara fl-istabilliment Walmart ftit mili ‘l bogħod mill-fruntiera bejn l-Amerka u l-Messiku. Waqt il-ħin tal-isparatura, kien hemm għadd ta’ nies jixtru affarijiet biex jippreparaw għal sena skolastika oħra. 
Il-midja Amerikana identifikat lis-suspettat huwa Patrick Crusius, ġuvni ta’ 21 sena, u li jinsab taħt arrest preventiv b’rabta ma’ dan il-każ. Crusius huwa mill-belt Allen fiż-żona ta’ Dallas.

Il-Gvernatur ta’ Texas, Greg Abbott, iddeskirva dan il-massakru bħala waħda mill-aktar ġranet fatali fl-istorja tal-istat li jirrapreżenta.

Intant, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela fi tweet esprima d-dispjaċir tiegħu għal dan l-attakk. Filwaqt li empatizza mal-qraba tal-vittmi.

 

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend