F’Għawdex se jiġu organizzati klassijiet tal-Masters – One News

Notifiki

F’Għawdex se jiġu organizzati klassijiet tal-Masters

Wara li s-sena l-oħra ġie organizzat l-ewwel edizzjoni tal-festival MUSIC+, din is-sena l-Fondazzjoni Classique se tippreżenta t-tieni edizzjoni li se ssir bejn is-27 ta’ Settembru u l-1 ta’ Novembru 2019. Simili għall-edizzjoni tas-sena l-oħra, it-tieni edizzjoni se tikkonsisti minn numru ta’ recitals minn artisti lokali u internazzjonali, master classes fi strumenti differenti, workshops għal studenti tal-primarja, taħdidiet u opra mit-tfal għat-tfal. 

 Din is-sena, MUSIC+ ser ikun qed jippreżenta tliet master classes – vjolin, pjanu u klarinett. Fit-28 ta’ Settembru fis-9.00 ta’ filgħodu ġewwa s-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu’, Victoria, Għawdex, il-vjolinista internazzjonali Anastasiya Petryshak ser tagħti master class fil-vjolin filwaqt li fl-istess ġurnata u fl-istess ħin, il-pjanista Lorenzo Meo ser jagħti master class fil-pjanu ġewwa s-sala tal-esebizzjonijet tal-Ministeru għal Għawdex.

 Petryshak hija r-rebbieħa ta’ diversi kompetizzjonijet internazzjonali u dehret f’diversi kunċerti madwar id-dinja. Sa mill-2017 his artista ta’ Pirastro u Evah Pirazzi Gold. Fl-istess sena hija ffirmat kuntratt mas-Sony u fl-2018 ħarġet l-ewwel CD tagħha bl-isem “Amato Bene” fejn hi daqqet fuq vjolin Stradivarius “Il Toscano” of 1690.

 Lorenzo Meo huwa pjanista u kompożitur Taljan. Huwa rebaħ diversi kompetizzjonijiet internazzjonali u għandu master degree fil-musica da camera mill-Akkademja ta’ Santa Ċeċilja. Meo ta kunċerti f’diversi bliet madwar id-dinja.

 Fid-19 ta’ Ottubru, il-klarinettista ċelebri Corrado Giuffredi ser jagħti master class fil-klarinett ġewwa il-Gozo VPA School, ix-Xewkija, Għawdex. Din tibda fid-9.00 ta’ filgħodu. Giuffredi huwa l-klarinettista prinċipali tal-Orkestra della Svizzera Italiana u daqq f’diversi kunċerti u festivals internazzjonali madwar id-dinja kollha. Daqq ukoll mal-Orkestra ta’ La Scala u ħadem ma’ surmastrijiet ċelebri bħal Muti u Barenboim. Huwa wkoll irrekordja diversi Cds mal-EMI, Decca, Arts, Fonè u Stradivarius. Giuffredi jagħlem fl- Istituto Musicale Superiore ta’ Modena u jkun mistieden spiss biex jagħti master classes madwar id-dinja.

 Corrado Giuffredi huwa artist ta’ Backun u Legere Reeds Artist.

 Applikazzjonijiet għal dawn it-tliet master classes huma miftuħa u jagħlqu f’nofs Awwissu. Għal aktar dettalji ikkuntatjaw: [email protected].

 MUSIC+ huwa sostnut mill-Ministeru għal Għawdex u visitgozo.  Corrado Giuffredi qed jidher grazzi għal Backun Musical Services u Legere Reeds.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend