Baġits li ma jżidux piżijiet – One News

Notifiki

Baġits li ma jżidux piżijiet

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar iż-żieda fil-prezz tal-fuel u tenna l-impenn tal-gvern biex iżomm il-prezzijiet stabbli u kemm jista’ jkun baxxi. 

“Il-gvern, kif għamilna f’dawn is-seba’ snin, dejjem ikun qed hemm biex jistabilizza l-prezzijiet u biex il-prezzijiet, fejn hu possibbli, dejjem jonqsu u jibqgħu stabbli,” qal il-Prim Ministru li tenna kif il-gvern ma jistax jieħu lezzjonijiet mingħand min kien jgħolli l-prezzijiet kull xahar.

Filwaqt li spjega li iż-żieda ta’ din il-ġimgħa kienet iddettata mill-prezz internazzjonali taż-żejt, saħaq dwar l-obbligu tal-gvern li ma jkunx hu li jżied il-piżijiet.

“Fl-aħħar żewġ baġits dan il-gvern għamel xi ħaġa bla preċedent, ma żiedx taxxi. Inħares ‘il quddiem biex fil-baġit li ġej inkomplu nwieżnu, inkomplu ngħinu lil dawk li huma l-iktar fil-bżonn” qal Joseph Muscat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend