9 kkonfermati mejta fi sparatura f’Dayton, Ohio – One News

Notifiki

9 kkonfermati mejta fi sparatura f’Dayton, Ohio

F’Dayton fl-istat ta’ Ohio, il-pulizija kkonfermat li hemm 9 mejta u 16 feruti. 

Il-midja qed tirraporta li ttieħdu l-isptar u li l-aggressur inqatel ukoll.

Filmati li nterdu fuq siti soċjali juru nies jiġru u ħafna sparar li dwew mat-toroq ta’ Dayton. Nies li kienu fil-viċnanzi stqarrew li kienu mġiegħla javakwaw.

Is-servizzi tal-emerġenza nġabru fil-kantuniera ta’ E 5th Street and Wayne Avenue. Fuq il-post ġew issejħu wkoll uffijali tal-FBI.

Dan l-attakk seħħ sigħat biss wara l-isparaturi li kien hemm f’Texas fejn ħallew 20 vittma.

B’rabta ma’ dan il-każ l-awtoritajiet qegħdin jappellaw għax-xhieda.

Intant għal dan il-massakru l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela fi tweet qal li jinsab ixxukjat b’dan il-qtil u li hija tal-mistħija li qed isiru dawn l-affarijiet f’ċertu komunitajiet madwar id-dinja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend