L-immigranti tal-Alan Kurdi se jidħlu Malta imma se jintbagħtu kollha f’pajjiżi oħra – One News

Notifiki

L-immigranti tal-Alan Kurdi se jidħlu Malta imma se jintbagħtu kollha f’pajjiżi oħra

L-immigranti kollha abbord il-vapur Alan Kurdi mistennija jidħlu Malta matul il-jum tal-Ħadd, dan sabiex jitqassmu f’pajjiżi oħra madwar l-Unjoni Ewropea. Dan ħabbru l-Prim Ministru fuq Twitter fejn spjega li wara talba uffiċċjali mill-Gvern Ġermaniż, Malta se tagħti permess lill-bastiment Alan Kurdi, sabiex iniżżel l-40 immigrant li salva f’pajjiżna. Dan sar wara assigurazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea li l-ebda immigrant m’hu se jibqa’ f’pajjiżna u se jitqassmu kollha f’numru ta pajjiżi oħra Ewropej. 

Rapporti fil-midja qed jgħidu li fost l-40 immigrant hemm tnejn minnhom li huma feruti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend