L-Istati Uniti se tinħall minn ftehim li kien sar mar-Russja – One News

Notifiki

L-Istati Uniti se tinħall minn ftehim li kien sar mar-Russja

L-Istati Uniti mistennija toħroġ formalment minn ftehim nukleari li kien sar mar-Russja, u dal-pass qed iqajjem il-biża li tibda tellieqa ta’ min għandu l-aqwa armi. 

Il-ftehim, li jismu Intermediate-Range Nuclear Forces Treaty, kien iffirmat mill-eks President tal-Istati Uniti Ronald Reagan u l-mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev fl-1987.

Il-ftheim ipprojbixxa missilli li jlaħħqu d-distanza ta’ bejn ħames mitt kilometru u ħamest elef u ħames mitt kilometru.

Dan filwaqt li iktar kmieni dis-sena, l-Istati Uniti u n-Nato akkużaw lir-Russja li qed tikser il-ftehim billi tħaddem tip ġdid ta’ missilla, b’Moska tiċħad l-akkuża.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend