Itemmu b’suċċess il-kors tas-‘SAGE Computerised Accounting for Local Councils’ – One News

Notifiki

Itemmu b’suċċess il-kors tas-‘SAGE Computerised Accounting for Local Councils’

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis ippreżenta ċ-ċertifikati lil dawk li pparteċipaw u temmew b’suċċess il-kors bl-isem SAGE Computerised Accounting for Local Councils. L-iskop ta’ dan il-kors kien li s-Segretarji Eżekuttivi u l-istaff tal-Kunsilli Lokali jkunu aktar familjari mal-proċeduri u l-prinċipji tal-accounts

Dan il-kors sar għall-ewwel darba fuq inizjattiva tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali b’kollaborazzjoni ma’ TCTC. Is-Segretarji Eżekuttivi kollha u l-membri tal-istaff tal-Kunsilli Lokali kienu eliġibbli għal dan il-kors.

B’kollox kien hemm 26 parteċipant minn Malta u 11 minn Għawdex. Dawk li temmew b’suċċess l-eżami Computerised Accounting City and Guilds ingħataw ċertifikat rikonuxxt fuq livell ta’ MQF level 4.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend