Studenta tal-Università ta’ Cambridge mietet wara li fetħet il-bieba tal-ajruplan waqt li kien fl-ajru f’Madagascar.
Alana Cutland ta’ 19-il sena minn Milton Keynes f’Buckinghamshire mietet l-Erbgħa li għadda.
Il-pulizija fil-gżira Afrikana qalet li għad trid tistabbilixxi għaliex it-tfajla fetħet il-bieba tal-ajruplan.
L-investigaturi mhux jeskludu li t-tfajla setgħet għamlet dan minħabba li ġarrbet reazzjoni severa għal mediċini kontra l-malarja.
Il-kurunell tal-pulizija kkonfermat li Cutland fetħet il-bieba tal-ajruplan ftit wara li telqet minn Madagascar.
Il-kawża tal-mewt tagħha ma ġietx ikkonfermata mill-awtoritajiet tar-Renju Unit.