Mhux ħati ta' każ ta' frodi | One News

Notifiki

Mhux ħati ta’ każ ta’ frodi

Joseph Farrugia ma nstabx ħati li dsatax-il sena ilu pprova jevadi t-taxxa billi jiffalsifika invoices dwar konsenja f’Malta ta’ bosta air-conditioners mill-Ġermanja.

Huwa ġie akkużat ukoll li naqqas il-valutazzjoni fid-dkjarazzjoni tad-Dwana u li ffroda lill-gvern mit-taxxa tal-VAT.

Il-Maġistrata Monica Vella osservat li bejn Frar u Awwissu tal-2008, Farrugia kien importa tmien konsenji ta’ arja kkundizzjonata.

L-awtoritajiet Malti ssuspettaw ħażin, meta ntebħu li l-valur iddikjarat fuq waħda mill-konsenji tal-arja kondizzjonata kien baxx. Hawnhekk kkuntattjaw lill-awtoritajiet Ġermaniżi.

Il-qorti ddikjarat li minkejja li rriżulta li kien xi dokumenti ġew imbgħabsa, madankollu qalet li dan ma kienx biżżejjed biex l-akkużat jinstab ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Qalet li l-prosekuzzjoni kellha tipprova lil hinn minn kull dubju r-rabta bejn l-invoices u l-akkużat.

Il-Maġistrat Vella rrimarkat li l-akkużi kontra l-akkużat ma baqgħux aktar reati għax Malta hija membru tal-Unjoni Ewropea u sostniet li mingħajr reat, l-akkużat ma setax jinstab ħati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend