Marlon Caruana jirbaħ il-Van Demolition Derby 2019 | One News

Notifiki

Marlon Caruana jirbaħ il-Van Demolition Derby 2019

Nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat it-tieni edizzjoni tal-Van Demolition Derby fejn għal din l-edizzjoni irreġistraw 16 il-kompetitur izda 12 il-vettura għaddew mit-testijiet kollha biex ikunu jistgħu jikkompetu.Is-sewwieqa għal din l-edizzjoni kienu Zack Woodhead fuq Tata Safari, Eman Farrugia fuq Tata Sierra, Jurgen Gatt fuq Kia Carnival, Clint Farrugia fuq Van LDV, Michael Delia fuq Tata Sierra, Charlie Butler fuq Tata Safari, Larkin Butler fuq Tata Sierra, Massimo Borg fuq Ford Transit, Marlon Caruana fuq Tata Sierra, Charles Clint Calleja fuq Tata Safari, Joshua Bowell fuq Hyundai Tuscan u Leo Butler fuq Tata Sierra.

Mat-tluq tad-Demolition rajna lil kompetitur jagħmlu zewġt dawriet biex jesebixxu l-vetturi qabel ma dawn jibdlu il-forma tagħhom. Matul dawn iz-zewġt dawriet il-vanijiet kienu skortati min karozza tal-Autocross Ford Fiesta misjuqa min Duncan Delia. L-iskop kien li wara dawn iz-zewġ dawriet il-karozza tħaliet fin-nofs abbandunata biex taqla l-aħħar daqqiet qabel ma titqatta għal ħadid ukoll.

Quddiem mijjiet ta spettaturi d-Demolition bdiet bi spettaklu ta ħbit tekniku u din damet sejra madwar 40 minuta. It-taqtija ta l-aħħar tiġbed l-attenzzjoni ta kullħadd. Dan minħabba l-istat tal-vetturi involuti li jkunu fi stat li ma jintgħarfux. F’din it-taqtija spiċċaw Eman Farrugia u Marlon Caruana it-tnejn fuq Tata Sierra flimkien ma Jurgen Gatt fuq Kia Carnival. It-tliet sewwieqa kienu attenti ħafna kif u bl-liema parti tal-vettura se jgħatu id-daqqa mortali lill avversarju biex dan jista jkompli sakemm tippermettilu l-vettura.

F’mument minnhom rajna lil Farrugia u l-Gatt jgħatu l-aħħar daqqiet lil xulxin b’Caruana jkompli magħhom. Farrugia deher jgħati l-aħħar daqqa wiċċ ma wiċċ bil-konsegwenza li waqqaf lil Gatt milli jkompli jsuq u Farrugia minkejja li kellu il-van tiegħu għadu jahdem ma setax jiċċaqlaq iktar minħabba li l-van weħel mal-van ta Gatt. Fl-istess ħin Caruana li kien għadu fix-xena u kompla jgħati id-daqqiet li Farrugia sakemm dan spiċċa rtira u b’hekk Caruana rebah din il-Demolition.

Ir-Rebbieh huwa Marlon Caruana u ir-Runner-up huwa Eman Farrugia, it-tnejn fuq Tata Sierra. Fit-tielet post daħal Jurgen Gatt fuq Kia Carnival. Demolition Derby oħra mistennija ssir il-Hadd 27 ta’ Ottubru 2019 fejn din ser tkun iddedikata għal sewwieqa Nisa biss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend