Jasal Malta t-tieni arjuplan u jingħaqad mal-kumplament tal-flotta tal-Air Malta. L-arjuplan huwa tal-għamla A32neo u se jkollu 180 seat għall-passiġġiera.
Dan l-arjuplan diġà ġie rreġistrat f’Malta. L-ajruplan il-ġdid għandu magni ġodda li għandhom aktar effiċjenza fil-konsum tal-fuel u jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi stqarr li l-arjuplani l-ġodda se jnaqqsu l-ispejjeż tal-kumpanija b’20%, dan minħabba l-effiċjenza fil-konsum tal-fuel. Dan ifisser li b’dawn l-arjuplani jistgħu jsiru titjiriet itwal.
http://www.one.com.mt/2019/07/31/bir-ritratti-illejla-jasal-it-tieni-ajruplan-gdid-airbus-ghall-air-malta-1/