7,200 sigarett tal-kuntrabandu u karozza kkonfiskati f’operazzjoni mid-Dwana f’Ħ’Attard – One News

7,200 sigarett tal-kuntrabandu u karozza kkonfiskati f’operazzjoni mid-Dwana f’Ħ’Attard

Operazzjoni mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, wara xhur ta’ osservazzjoni, il-bieraħ waslet biex ġiet interċettata karozza ta’ bejjiegħ tas-sigaretti tal-kuntrabandu.

Il-karozza twaqqfet f’Ħ’Attard u nstabu fil-bagoll tagħha 2,740 sigarett tal-kuntrabandu.

L-uffiċjali tad-Dwana segwew l-operazzjoni tagħhom billi estendew it-tfittxija tagħhom fil-garaxx ta’ sid il-vettura li jinsab f’Tal-Pietà.

Hemmhekk ġew elevati 4,460 sigarett ieħor tal-kuntrabandu, għal total ta’ 7,200 sigarett.

Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska l-karozza u s-sigaretti kollha u se jipproċedi kontra l-individwu skond il-liġi.

Ta’ QabelLi Jmiss