Tifel imut wara li ġie mbuttat quddiem ferrovija – One News

Notifiki

Tifel imut wara li ġie mbuttat quddiem ferrovija

Tifel ta’ 8 snin miet filwaqt li ommu weġġgħet wara li raġel imbuttahom quddiem ferrovija fi Frankfurt fil-Ġermanja. 

Raġel Eritrejan ġie arrestat b’rabta mal-każ, li seħħ it-Tnejn filgħodu.

Xhieda fuq il-post qalu li r-raġel deliberament imbuttat t-tifel u l-omm fuq il-binarji qabel ma pprova jaħrab. Nies li kienu għaddejjin minn hemm ġrew warajh u żammewh.

Is-suspettat, li għandu erbgħin sena, prova jimbotta persuna oħra, iżda ma rnexxilux.

L-investigaturi qalu li aktarx is-suspettat ma kienx jaf lill-vittmi, u għadhom ma jafux jekk kienx hemm xi motiv wara dan l-attakk.

Ritratt: The Guardian

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend