Tifel ta’ sitt snin fost dawk mejta wara sensiela ta’ sparaturi f’festival tal-tewm f’Kalifornja – One News

Notifiki

Tifel ta’ sitt snin fost dawk mejta wara sensiela ta’ sparaturi f’festival tal-tewm f’Kalifornja

Tliet persuni, inkuż tifel ta’ sitt snin, inqatlu u ħmistax oħra ndarbu wara sensiela ta’ sparaturi waqt festival popolari tat-tewm f’Kalifornja.Jidher li l-attakk seħħ ftit qabel l-għeluq tal-Gilroy Garlic Festival, li ta’ kull sena jattira eluf ta’ persuni.

Xhieda fuq il-post qalu mal-midja li raġel li x’aktarx għandu mat-tletin sena fetaħ in-nar fuq il-folla.

Jidher li t-tifel, li kien l-ewwel mill-vittmi li ġie identifikat, intlaqat f’dahru waqt li kien f’żona apposta għat-tfal.

Il-Pulizija Amerikana għadha għaddejja b’ħidma fuq il-post, bil-President Amerikan Donald Trump iħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqa’ f’postijiet siguri.

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend