Tħawwad fid-data u ma jikkuntattjax avukat – One News

Notifiki

Tħawwad fid-data u ma jikkuntattjax avukat

Fil-Qorti, Liam Debono stqarr li ma laħaqx qabbad avukat għax ħaseb li l-kawża kienet se terga’ tinstema’ fis-27 t’Awwissu. Ilbieraħ filgħaxija ġie infurmat li kienet illum. 

Minħabba dan kellu jassistih l-avukat tal-għajnuna legali Joe Bonnici, wara li l-avukati li kellu Franco Debono u Amadeus Cachia.

Fis-seduta preċedenti Liam Debono qal li kien se jikkuntattja avukat hu għax ma xtaqx jibqa’ rappreżentat minn avukat tal-għajnuna legali. Fis-seduta tal-lum il-Maġistrat Joe Mifsud qallu biex sas-seduta li jmiss, jilħaq jikkuntattja ma’ avukat.

Fis-27 ta’ Ġunju li għadda ngħalqu l-provi kontra ż-żagħżugħ talli s-sena li għaddiet tajjar lis-Surġent Simon Schembri meta dan kien qed jaqdi dmiru u pprova jwaqqfu. Huwa mistenni li l-avukat ġenerali se joħroġ att ta’ akkuża.

Inċident li fih Schembri tilef driegħu fih. Minkejja dan Schembri reġa’ beda jsuq permezz tad-driegħ prostetiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend