Sejba ta’ aktar minn €40,000 fi flus kontanti fi 3 każi differenti – One News

Notifiki

Sejba ta’ aktar minn €40,000 fi flus kontanti fi 3 każi differenti

Ħidma mid-Dwana Maltija fl-aħħar jiem waslet għal sejba ta’ aktar minn 4,000 ewro flus kontanti fi 3 każi differenti. Dan filwaqt li nstabu wkoll aktar minn 22,000 sigarett, 18-il kilo tabakk, aktar minn 1,00 flixkun tax-xorb mhux alkaħoliku kif ukoll kważi 700 flixkun inbid, fost l-oħrajn. 

Fi stqarrija d-Dwana Maltija spjegat li fl-aħħar jiem saru spezzjonijiet f’diversi ħwienet f’Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, Ħal Qormi, ir-Rabat, u l-inħawi ta’ tas-Sliema u San Ġiljan, fejn dawn il-prodotti nstabu għall-bejgħ. Kien spjegat ukoll li dan l-aħħar id-Dwana saħħet spezzjonijiet fuq il-bejgħ ta’ prodotti illeċiti biex kemm jista’ jkun jitwaqqfu operazzjonijet tal-kuntrabandu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend