Illum se jingħata l-aħħar tislima l-pulizija Taljan li nqatel f’attakk wara li ġie lura mill-qamar il-għasel – One News

Notifiki

Illum se jingħata l-aħħar tislima l-pulizija Taljan li nqatel f’attakk wara li ġie lura mill-qamar il-għasel

Illum f’Ruma se tingħata l-aħħar tislima lil Cerciello Rega, Pulizija Taljan li nqatel bi 11-il daqqa ta’ sikkina, meta prova jarresta żewġt irġiel wara li kien għadu kif ġej minn qamar il-għasel. 

Il-każ beda meta żewġ ħallelin serqu basket ta’ traffikant tad-droga. Meta t-traffikant ċempel fuq il-mobile l-ħallelin qallulu li huma lesti li jagħtuhulu lura għal  €100. Kien hawn li r-raġel ikkuntattja lill-Pulizija tahom id-dettalji ta’ fejn u meta kellu jiltaqa’ mal-ħallelin.

L-allegati ħallelin kienu qegħdin jistennew lis-sid tal-basket meta minfloku marru l-viċi-Brigadier Rega u kollega tiegħu. Wieħed mis-suspettati beda jagħti daqqiet ta’ sikkina lil Rega fejn qed jiġi rrapurtat li laqtu anke f’qalbu.

B’turija ta’ rispett għadd ta’ Pulizija Taljana pparkjaw u daqqu is-sireni tal-karozzi tagħhom quddiem il-kwartieri ġenerali tal-Carabinieri.

Il-vittma ttieħed l-isptar iżda tilfet ħajtu minħabba l-ġrieħi li soffra.

B’rabta ma’ dan il-każ ġew arrestati żewġ Amerikani. Minkejja dan, hemm il-possibblità li hemm persuni oħra nvoluti f’dan il-każ.

Ritratt: #cerciellorega/Instagram

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend