Ġuvni Amerikan jirbaħ aktar minn 2 miljun u nofs ewro talli sar iċ-‘champion’ dinji ta’ ‘Fortnite’ – One News

Notifiki

Ġuvni Amerikan jirbaħ aktar minn 2 miljun u nofs ewro talli sar iċ-‘champion’ dinji ta’ ‘Fortnite’

Ġuvni Amerikan rebaħ is-somma rekord ta’ aktar minn 2 miljun u nofs, wara li sar iċ-Champion dinji ta’ Fortnite. 

Kyle Giersdorf, ta’ 16-il sena rebaħ dan it-turnew f’Arthur Ashe Stadium fi New York. Il-premju li kien l-akbar wieħed fl-istorja tal-e-sports.

Huwa kien segwit miż-żagħżugħ Brittaniku Jaden Ashman li ftit anqas minn miljun ewro talli ġie fit-tieni post.

F’dan it-turnew kienu qed jissieltu għat-titlu rebbieħ 100 plejer. Warali 40 miljun plejer ppruvaw jikkwalifikaw f’kompetizzjoni online li damet għadejja għal madwar 10 ġimgħat. Aktar minn 30 nazzjon kienu rrappreżentati f’dan it-turnew, 70 minnhom mill-Istati Uniti, 14 minn Franza u 11 mir-Renju Unit.

Din il-logħba għandha aktar minn 200 miljun plejer reġistrat u wieħed jista’ jniżżilha b’xejn, għalkemm jista’ jonfoq xi flus billi jixtri xi affarijiet.

Il-logħba tikkonsisti f’100 plejer li jkunu fi gżira li jrid jsibu l-armi, jibnu l-istrutturi u jeliminaw lil xulxin sakemm jifdal pjeler wieħed.

Ritratt: Epic Games

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend