Ġew rilaxxati l-katavri tal-omm u l-bint li nqatlu f’Ħal Għaxaq – One News

Notifiki

Ġew rilaxxati l-katavri tal-omm u l-bint li nqatlu f’Ħal Għaxaq

Il-Qorti laqgħet it-talba biex jiġu rilaxxati l-katavri għad-difna ta Marija Lourdes u Angele Bonnici. Kif ukoll it-talba li saret mis-sieħba tal-akkużat biex jiġu rilaxxat ċ-ċwievet tal-proprjetà fejn seħħ il-każ, minħabba li fiha kien hemm oġġetti personali tal-mara. Meta semgħet din l-aħbar il-mara dehret emozzjonata.

Illum se jinstemgħu aktar xhieda quddiem il-Qorti fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Joseph Bonnici li qed jiġi mixli bil-qtil t’ommu Marija Lourdes Bonnici u oħtu Angele Bonnici, li ġew irrappurtati nieqsa fis-27 ta’ Marzu li għad-difna. Il-katavri tal-vittmi kienu nstabu f’għalqa fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq.

Fis-seduta preċedenti il-Professur Marie Therese Camilleri Podesta ppreżentat rapport forensiku li juri l-kawża ta’ dawn l-imwiet. L-omm inqatlet b’tir u blunt trauma u l-bint inqatlet b’żewġ tiri u blunt trauma. Hija saħqet li l-irjus taż-żewġ vittmi kienu mifqugħa.

Il-każ qed jinstema’ mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Id-Difiża qed titmexxa mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri. Filwaqt li l-Prosekuzzjoni qiegħda f’idejn l-Ispettur Keith Arnaud u l-Ispettur Roderick Attard.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend