FBI toffri $10,000 għal mara li serqet 3 banek fi 3 ijiem – One News

Notifiki

FBI toffri $10,000 għal mara li serqet 3 banek fi 3 ijiem

L-aġenzija federali Amerikana għall-investigazzjoni, l-FBI, qiegħda toffri $10,000 bil-għan li jaqbdu mara li allegatament serqet erba’ banek fl-Istati Uniti.

L-aġenzija laqqmet lil din il-mara bħala ‘Pink Lady Bandit’ hekk kif f’żewġ serqiet li saru wżat basket roża.

Ritratti ġew ippubblikati tal-mara li hija mifhuma li serqet 4 banek matul il-kosta tal-Lvant tal-Istati Uniti.

L-ewwel serqa seħħet fil-bank Orrstown f’Carlisle fl-istat ta’ Pennsylvania u tlett ijiem wara rawha fil-bank M&T f’Rehoboth Beach f’Delaware.

Ġurnata biss marret u serqet Southern Bank ġewwa Ayden fl-istat ta’ North Carolina.

Ir-raba’ serqa serqet ukoll fl-istat ta’ North Carolina imma seħħ f’Hamlet fil-bank, BB&T.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend