Żewġ żgħażagħ miżmuma mill-pulizija Taljana b’rabta mal-qtil ta’ pulizija – One News

Notifiki

Żewġ żgħażagħ miżmuma mill-pulizija Taljana b’rabta mal-qtil ta’ pulizija

Żagħżugħ Amerikan ta’ 19-il sena ammetta mal-pulizija Taljana li qatel lil Mario Cerciello Rega, pulizija ta’ 35 sena l-Ġimgħa kmieni filgħodu fl-Italja.

Allegatament il-każ seħħ meta ż-żewġ żgħażagħ serqu basket ta’ traffikant tad-droga, f’reġjun viċin il-Vatikan. B’din is-serqa ġew mgħarfa l-pulizija, li wieħed minnhom kien Cerciello Rega li tawh diversi daqqiet b’arma bil-ponta u li taqta’. Il-pulija ta’ 35 sena, li kien għadu kif jasal mill-qamar il-għasel ftit tal-jiem qabel, miet ftit minuti wara fl-isptar.

Il-pulizija Taljana qed iżżomm lil Christian Gabriel Natale Hjorth ta’ 18-il sena u Finnegan Lee Elder ta’ 19-il sena b’rabta mal-każ ta’ omiċidju. Fl-investigazzjonijiet, il-pulizija sabu sikkina kbira fil-kamra tal-lukanda li kienu qed jgħixu fiha. Iż-żewġ Amerikani se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend