Żagħżugħa tinqatel wara li allegatament inħatfet minn raġel fir-Rumanija  – One News

Notifiki

Żagħżugħa tinqatel wara li allegatament inħatfet minn raġel fir-Rumanija 

Fir-Rumanija, is-Sibt, il-Kap tal-Pulzija Ioan Buda tkeċċa mill-Ministru għall-Intern wara sensiela ta’ żbalji li saru mill-Korp tal-Pulizija f’dawn l-aħħar jiem. Dan seħħ b’rabta man-nuqqas li tkun salvata tfajla li kienet rapurtata nieqsa.

It-tfajla bl-isem ta’ Alexandra ta’ 15-il sena ġiet rappurtata nieqsa l-Erbgħa li għadda, meta waqt li kienet mixja lura lejn id-dar, karozza ġabritha u ma dehritx aktar. Iżda, il-Ħamis kien hemm xaqq ta’ dawl hekk kif filgħodu t-tfajla ċemplet 3 darbiet lill-pulizija fejn tathom indikazzjoni ta’ fejn kienet qed tinsab. Fl-aħħar telefonata, it-tfajla qalet lill-pulizija li xi ħadd induna biha.

Skont il-familjari ta’ Alexandra, il-pulizija ma ħaditx b’serjetà dan il-każ. Il-pulizija f’ddan l-aħħar jiem wetqet 3 raids, li r-riżultat tagħhom kien fin-negattiv. Dsatax-il siegħa wara li ċemplet it-tifla, sar raid ieħor fejn sabu katavru fejn ħdejn kien hemm affarijiet ta’ Alexandra, il-vittma f’dan l-inċident sfortunat.

Skont il-midja lokali, b’rabta ma’ dan il-każ ġie arrestat raġel ta’ 65 sena, li qed jirriffjuta milli jwieġeb għall-investigazzjonijiet tal-pulizija.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend