Tmut Russi Taylor – il-persuna wara l-vuċi ta’ Minnie Mouse – One News

Notifiki

Tmut Russi Taylor – il-persuna wara l-vuċi ta’ Minnie Mouse

Tħabbret il-mewt ta’ Russi Taylor, il-vuċi tal-karattru tant famuż ta’ Disney – Minnie Mouse. Hi mietet fl-età ta’ 75 sena wara li kienet il-vuċi ta’ Minnie Mouse għal aktar minn 30 sena.

L-attriċi mietet f’Glendale f’Kalifornja fejn din l-aħbar tħabbret minn Walt Disney Company.

Mill-elf disa’ mija sitta u tmenin, Taylor ipprovdiet leħinha għal diversi serje, filmati u bosta aktar għal Disney b’mod partikolari fejn kien ikun hemm Minnie Mouse involuta.

Hi saħansitra tat sehemha fis-serje The Simpsons fosthom bħala l-karattru ta’ Martin, li kien il-ħabib ta’ Bart.

Fil-ħajja personali tagħha, Taylor mxiet fuq il-passi tal-karattru li kellha – Minnie Mouse. Dan hekk kif hi kienet iżżewġet lil Wayne Allwine – il-vuċi ta’ Mickey Mouse sakemm ħalla din id-dinja fl-2009.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend