“Jien qtilt lit-tfal tiegħi stess” – missier li nesa’ lit-tewmin tiegħu fil-karozza fl-Amerika – One News

“Jien qtilt lit-tfal tiegħi stess” – missier li nesa’ lit-tewmin tiegħu fil-karozza fl-Amerika

Fl-Amerika, tewmin ta’ 11-il xahar tilfu ħajjithom wara li missier nesa’ liċ-ċkejknin Phoenix u Luna fil-karozza għal madwar 8 sigħat, fi sħana taqli l-ankli.  

Juan Rodriguez ta’ 39 sena, li jiġi missier it-tewmin qal lill-pulizija li hu kien mingħalih li wassalhom bħas-soltu għal ġurnata oħra ta’ childcare, qabel ma mar lejn ix-xogħol.

Il-missier induna x’ġara għal ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar meta spiċċa mix-xogħol u immedjatament ċempel lill-pulizija. It-tewmin ta’ 11-il xahar kienu ddikkjarati mejta fuq il-post.

Fil-Qorti ntqal kif il-karozza tal-missier tat-tip Honda Accord, għandha l-ħġieġ tinted li tagħmilha diffiċli għal dak li jkun biex jinduna li hemm xi ħaġa ġewwa fil-karozza.

Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest, b’multa ta’ $100,000 u se jerġa’ jidher quddiem il-Qorti fl-1 ta’ Awwissu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend