Tliet irġiel arrestati fil-Belt Valletta wara rapporti ta’ serq ta’ basktijiet – One News

Notifiki

Tliet irġiel arrestati fil-Belt Valletta wara rapporti ta’ serq ta’ basktijiet

Tliet irġiel mill-Alġerija ġew arrestati propju llum wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni mill-pulizija.

L-irġiel li għandhom bejn l-etajiet ta’ 47 sena u 51 sena kienu arrestati wara diversi rapporti rigward reati relatati ma’ serq ta’ basktijiet.

Huma qed jinżammu mill-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadom għaddejjin u
mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend