“Minn għada l-fazzjoni Busuttil trid tbaxxi rasha” – Justin Schembri mill-fazzjoni Delia – One News

Notifiki

“Minn għada l-fazzjoni Busuttil trid tbaxxi rasha” – Justin Schembri mill-fazzjoni Delia

Il-kunsill ġenerali straordinarju tal-Partit Nazzjonalista ġie indirizzat mill-kunsillier Justin Schembri mill-fazzjoni Delia.

F’għadd ta’ botti lejn il-fazzjoni Busuttil, qal li din il-fazzjoni qiegħda tattakka b’mod personali.

“Dan huwa inaċċetabbli”, ħambaq Justin Schembri li tqabbad mill-fazzjoni ta’ Delia biex jiftaħ il-Kunsill Ġenerali u jikkarga n-nies favur il-Kap.

Schembri ma qagħadx jogħmodha u saħaq li l-Partit Nazzjonalista huwa maqsum bejn żewg fazzjonijiet.

F’għadd ta’ botti oħra lejn il-fazzjoni Busuttil, qal li huwa qiegħed hawn sabiex jiddefendi legat tad-demokrazija u legat tas-saltna tad-dritt, jiġifieri jiddefendi lil Adrian Delia li intgħażel mit-tesserati sentejn ilu.

Qal li min irid jiddefendi d-demokrazija l-ewwel għandu jirrispetta li għandu kap wieħed, lil Adrian Delia.
Akkuża lil fazzjoni ta’ Simon Busutill li daħħlu politika ta’ kunflitt u mibgħeda.

Qal li fil-Partit Nazzjonalista hemm diviżjoni interna fejn naħa qed tikkumbatti lil oħra.

F’diskors mimli izzikar lil fazzjoni Busuttil li ilha sentejn tfixkel lil fazzjoni Delia, Justin Schembri saħaq li minn għada l-fazzjoni Busuttil trid tbaxxi rasha u terfa’ r-responsabilità.

Huwa appella lil kunsilliera Nazzjonalisti sabiex jivvutaw iva biex Delia jsalva ġildu.

Fost iċ-ċapċip tal-kunsilliera mill-fazzjoni Delia, qal li llejla se jirbaħ iż-żiemel tiegħu biex eventwalment il-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend