Ivan Bartolo jgħid li mhux se jisparixxi fost l-ibbuwjar u t-tgħajjir minn ta’ Delia – One News

Notifiki

Ivan Bartolo jgħid li mhux se jisparixxi fost l-ibbuwjar u t-tgħajjir minn ta’ Delia

Indirizza wkoll l-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali Straordinarju Ivan Bartolo, mill-fazzjoni Busuttil, fi sfond ta’ ibbuwjar mill-kunsillera nazzjonalisti ta’ Delia.

Filfatt lanqas laħaq qam mis-siġġu biex jitkellem li numru min-nies ta’ Delia ma nfexxewx jgħajru lil dak li ġabar il-firem biex Delia jtir ‘il barra.

Dan fl-isfond li deher evidenti l-mument imbarazzanti li ħass Delia meta quddiemu fazzjoni bdiet titgħajjar mal-fazzjoni l-oħra.

Intant fid-diskors tiegħu, l-eks kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li fil-Partit Nazzjonalista qatt m’għamilna lil ebda Kap salvatur jew re.

Bartolo kien pront iwieġeb għall-akkużi li kien għadu kemm għamel Justin Schembri.

Skont Bartolo, li tul id-diskors tiegħu kompla jaffaċja l-ibbuwjar qal li fil-Partit Nazzjonalista m’hemmx fazzjonijiet.

Appella lil kunsilliera sabiex ma jattakawhx u jgħidulu traditur, għax ġabar il-firem biex Delia jitlaq.

“Ma tistax toqgħod kwiet u iżomm lura”, saħaq Bartolo li huwa l-“cavallo di battaglia” f’din il-ġlieda taħraq bejn ta’ Busuttil u ta’ Delia.

Bartolo saħaq li huwa iħobb lill-Partit Nazzjonalista u ġie mgħajjar traditur.

“Kont inkun traditur kieku żammejt ħalqi magħluq u m’għamilt xejn”, saħaq Bartolo fost l-ibbuwjar fis-sala tad-Dar Ċentrali.

Qal ukoll li n-nies qed jitilqu mill-partit għax m’għandhom xejn xi jżommhom biex jivvutaw lil partit immexxi minn Adrian Delia.

Ivan Bartolo għalaq billi bagħat messaġġ ċar lil fazzjoni ta’ Delia, li wara din il-ġlieda ħarxa fuq il-vot ta’ sfiduċja f’Delia, huwa mhux se jisparixxi u b’hekk ta’ Delia mhux se jeħilsu minnu.

Ta’ QabelLi Jmiss